3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/38
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Frar 2019 — Hecta Viticol SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF) — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați
(Kawża C-184/19)
(2019/C 187/42)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hecta Viticol SRL
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF) — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 7, 11 u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (2) jipprekludu l-punt 21 tal-Artikolu I u l-Artikolu IV(1) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 54 din 23 iunie 2010 privind unele măsuri pentru combaterea evaziunii fiscale (Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 54 tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar ċerti miżuri sabiex tiġġieled l-evażjoni fiskali)?
2)
Il-prinċipju ta’ ċertezza legali u dak ta’ protezzjoni leġittima jipprekludu l- punt 21 tal-Artikolu I u l-Artikolu IV(1) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 54 din 23 iunie 2010 privind unele măsuri pentru combaterea evaziunii fiscale (Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 54 tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar ċerti miżuri sabiex tiġġieled l-evażjoni fiskali), sa fejn jemendaw ir-rata tad-dazji għal xorb iffermentat mingħajr gass, minbarra l-birra u l-inbid?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 213.
Full & Egal Universal Law Academy