6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis-27 ta’ Frar 2019 — A vs Migrationsverket
(Kawża C-193/19)
(2019/C 155/40)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Malmö
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: Migrationsverket
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mar-riċerki sistematiċi fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), u tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, b’mod partikolari l-obbligu stabbilit fih dwar id-detenzjoni ta’ passaport validu, jipprekludu l-għoti ta’ permess ta’ residenza permezz ta’ talba mressqa fl-Isvezja, li la tkun ibbażata fuq raġunijiet ta’ protezzjoni u lanqas fuq raġunijiet umanitarji, sa fejn l-identità tal-persuna li tkun ressqet it-talba ma tkunx stabbilita b’mod ċar?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-istabbiliment tal-identità jista’ jkun suġġett għal eċċezzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni jew il-ġurisprudenza nazzjonali?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, liema eċċezzjonijiet jippermetti d-dritt tal-Unjoni, jekk ikun il-każ?
Full & Egal Universal Law Academy