3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/46
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Marzu 2019 — Gömböc Kutató, Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
(Kawża C-237/19)
(2019/C 187/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gömböc Kutató, Szolgáltató és Kereskedelmi Kft.
Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(1)(e)(ii) tad-Direttiva 2008/95/K tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (1) għandu, fil-każ ta’ sinjali kkostitwit esklużivament mill-forma ta’ prodott, jiġi interpretat fis-sens li
a)
jista’ jiġi eżaminat biss jekk il-forma hijiex meħtieġa sabiex jinkiseb ir-riżultat tekniku mixtieq fuq il-bażi tar-rappreżentazzjoni grafika li tinsab fir-reġistru, jew
b)
tista’ wkoll titqies il-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti?
Fi kliem ieħor, jista’ jitqies li l-pubbliku rilevanti jaf li l-forma li r-reġistrazzjoni tagħha hija mitluba hija meħtieġa sabiex jinkiseb ir-riżultat tekniku mixtieq?
2)
L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut hija applikabbli għal dawk is-sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma tal-prodott li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi stabbilit jekk il-forma tagħtix valur sostanzjali lill-prodott skont il-perċezzjoni jew l-għarfien li x-xerrej għandu tal-prodott irrappreżentat grafikament?
3)
L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni għal rifjut hija applikabbli għal sinjali li jikkonsistu esklużivament f’forma
a)
li, fuq il-bażi tal-karattru individwali tagħha, tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lid-disinni, jew
b)
li l-apparenza estetika tagħha waħidha tagħti kwalunkwe tip ta’ valur lill-prodott?
(1) ĠU 2008, L 299, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy