17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-2 ta’ April 2019 — Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga — Futebol, SAD
(Kawża C-275/19)
(2019/C 206/39)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd
Konvenuti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga — Futebol, SAD
Domandi preliminari
1)
Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 442/89, tat-2 ta’ Diċembru tali regoli — b’mod iktar speċifiku, l-[…]Artikoli 3 [bir-redazzjonijiet indikati] u 9 — għandhom jitqiesu li ma humiex applikabbli, inkwantu dan in-nuqqas ta’ applikabbiltà tista’ tiġi invokata mill-individwi?
2)
Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 282/2003, tat-8 ta’ Novembru, dawn ir-regoli — b’mod iktar speċifiku, l-[…]Artikoli 2 u 3 — ma għandhomx jiġu applikati għall-persuni li jipprovdu servizzi fil-Portugall?
Full & Egal Universal Law Academy