26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fl-10 ta’ April 2019 — Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură — Centrul Județean Tulcea vs SC Piscicola Tulcea SA
(Kawża C-294/19)
(2019/C 288/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanța
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti, konvenuta fl-ewwel istanza: Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură — Centrul Județean Tulcea
Konvenuta, rikorrenti fl-ewwel istanza: SC Piscicola Tulcea SA
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 [u dawk] tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kundizzjonijiet eżistenti fil-kawża prinċipali, teskludi mill-ħlas tad-drittijiet lil bidwi għar-raġuni li l-impjanti ta’ akwakultura użati bħala raba’ li jinħarat ma jikkostitwixxux “erja agrikola” fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1120/2009, peress li ma jiġux ikkunsidrati bħala art ammissibbli b’mod konformi mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
(1) ĠU 2009, L 30, p. 16.
(2) ĠU 2009, L 316, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy