24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 — Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL
(Kawża C-299/19)
(2019/C 213/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti/Appellanti: Techbau SpA
Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale AL
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/35/KE (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv tad-9 ta’ Ottubru 2002 Nru 231, li jeskludi mill-kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali” — miftiehem bħala kuntratt “li jwassal, esklużivament jew prinċipalment, għall-provvista ta’ merkanziji jew servizzi bi ħlas” — u b’hekk mill-kamp ta’ applikazzjoni proprju tiegħu, il-kuntratt ta’ appalt li għandu bħala s-suġġett tiegħu, it-twettiq ta’ xogħol (“contratto di appalto di opera”), kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, u b’mod speċjali il-kuntratt pubbliku għal xogħolijiet fis-sens tad-Direttiva 93/37/KEE (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17,Vol. 1, p. 226
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163
Full & Egal Universal Law Academy