2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ April 2019 — UQ vs Marclean Technologies, S.L.U.
(Kawża C-300/19)
(2019/C 295/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UQ
Konvenuta: Marclean Technologies, S.L.U.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE [tal-20 ta’ Lulju 1998] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew 90 ġurnata stabbiliti għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva dejjem għandu jiġi kkalkolat qabel id-data li fiha seħħet it-tkeċċija individwali li hija s-suġġett inkwistjoni?
2)
L-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew 90 ġurnata stabbiliti għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva jista’ jiġi kkalkolat wara d-data li fiha seħħet it-tkeċċija individwali li hija s-suġġett inkwistjoni mingħajr il-ħtieġa li l-imsemmija terminazzjonijiet sussegwenti jitqiesu li huma frawdolenti?
3)
Il-perijodi ta’ referenza tal-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, jippermettu interpretazzjoni fejn jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tkeċċijiet jew it-terminazzjonijiet li jseħħu fi ħdan il-perijodu ta’ 30 jew 90 ġurnata, b’tali mod li t-tkeċċija inkwistjoni tidħol fi ħdan l-imsemmija perijodi?
(1) ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327
Full & Egal Universal Law Academy