26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-23 ta’ April 2019 — Condominio di Milano vs Eurothermo SpA
(Kawża C-329/19)
(2019/C 288/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Condominio di Milano
Konvenuta: Eurothermo SpA
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ konsumatur fis-sens tad-Direttiva 93/13/KEE (1) jipprekludi l-klassifikazzjoni bħala konsumatur ta’ suġġett tad-dritt (bħall-condominium fid-dritt Taljan) li la jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “persuna fiżika” u lanqas taħt dak ta’ “persuna ġuridika”, meta tali suġġett tad-dritt jikkonkludi kuntratt għal finijiet li ma humiex marbuta ma’ attività professjonali u jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel mal-bejjiegħ jew fornitur, kemm għal dak li jirrigwarda s-setgħa ta’ negozjar kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-livell ta’ informazzjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy