15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ April 2019 — Staatssecretaris van Financiën, Parti oħra fil-proċedura: Exter BV
(Kawża C-330/19)
(2019/C 238/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Parti oħra fil-proċedura: Exter BV
Domanda preliminari
L-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) jimplika li miżura tariffarja preferenzjali, li xi merkanziji setgħu jibbenefikaw minnha fil-mument tat-tqegħid taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul fil-forma tas-sistema ta’ sospensjoni, tkun għadha tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fl-istadju tad-determinazzjoni tal-ammont tad-dejn doganali li jirriżulta fil-mument tal-ħelsien għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanziji msemmija, fl-istat oriġinali jew ipproċessati, meta l-miżura tariffarja msemmija tkun sospiża fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħelsien għal ċirkolazzjoni libera?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy