8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Klagenfurt (l-Awstrija) fit-30 ta’ April 2019 — Verein für Konsumenteninformation vs Volkswagen AG
(Kawża C-343/19)
(2019/C 230/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Klagenfurt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation
Konvenuta: Volkswagen AG
Domanda preliminari
Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-“post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq” jista’ jinftiehem bħala l-post fi Stat Membru fejn seħħ id-dannu, meta dan id-dannu jkun jikkonsisti esklużivament f’dannu finanzjarju li jkun ir-riżultat dirett ta’ att illegali mwettaq fi Stat Membru ieħor?
(1) ĠU 2012, L 351, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy