29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-International Protection Appeals Tribunal (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2019 — Ms R.A.T., Mr D.S. vs Minister for Justice and Equality
(Kawża C-385/19)
(2019/C 255/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
International Protection Appeals Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: R.A.T. u D.S.
Konvenut: Minister for Justice and Equality
Domandi preliminari
1)
Huma previsti kategoriji separati ta’ “applikant” fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE (1)?
2)
Liema tip ta’ aġir jammonta għal dewmien attribwibbli lill-applikant fis-sens tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE?
(1) Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta ‘Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).
Full & Egal Universal Law Academy