5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Mejju 2019 — Maksu- ja Tolliamet vs Heavyinstall OÜ
(Kawża C-420/19)
(2019/C 263/38)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maksu- ja Tolliamet
Parti oħra fil-proċedura: Heavyinstall OÜ
Domanda preliminari
L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru li rċeviet it-talba għal miżuri ta’ prekawzjoni tkun, meta tagħti deċiżjoni dwar din it-talba konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha (li l-qorti rikjesta tista’ tagħmel konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16), marbuta bil-perspettiva tal-qorti tal-Istat tal-istabbiliment tal-applikant fir-rigward tan-neċessità u tal-possibbiltà ta’ miżuri ta’ prekawzjoni meta dokument li jinkludi din il-perspettiva jkun tressaq quddiem il-qorti (l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16[(1)], li tindika li dan id-dokument ma għandu jkun suġġett għal ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru rikjest)?
(1) ĠU 2010, L 84, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy