30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — All in One Star Ltd
(Kawża C-469/19)
(2019/C 328/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti u appellanti: All in One Star Ltd
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali ta’ fergħa ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, teżiġi l-indikazzjoni tal-ammont ta’ kapital azzjonarju jew ta’ valur ta’ kapital ieħor komparabbli?
2)
(a)
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2017/1132 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-mument tat-talba għall-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali ta’ fergħa ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, id-direttur tal-kumpannija għandu jipprovdi assigurazzjoni, fir-rigward tal-persuna tiegħu, li ma hemm ebda impediment għan-nomina tiegħu skont id-dritt nazzjonali, fil-forma ta’ projbizzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jeżerċita professjoni jew attività li tikkorrispondi kompletament jew parzjalment mal-għan tal-kumpannija, jew fil-forma ta’ kundanna definittiva għal ċerti reati kriminali, u li f’dan ir-rigward, ġie informat minn nutar, membru tal-professjoni legali komparabbli jew konsulent legali, bl-obbligu assolut tiegħu li jipprovdi informazzjoni lill-qorti?
(b)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a):
L-Artikoli 49 u 54 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-mument tat-talba għall-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali ta’ fergħa ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, id-direttur tal-kumpannija għandu jipprovdi tali assigurazzjoni?
(1) Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU 2017 L 169, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy