7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – Minister for Justice and Equality vs JR
(Kawża C-488/19)
(2019/C 337/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister for Justice and Equality
Konvenut: JR
Domandi preliminari
1)
Id-Deċiżjoni Qafas (1) tapplika għal sitwazzjoni fejn il-persuna rikjesta tkun instabet ħatja u mogħtija sentenza fi Stat terz iżda, bis-saħħa ta’ trattat bilaterali bejn l-Istat terz u l-Istat emittenti, is-sentenza fl-Istat terz tkun ġiet irrikonoxxuta fl-Istat emittenti u tkun ġiet eżegwita skont il-liġijiet tal-Istat emittenti?
2)
Jekk dan huwa l-każ, f’ċirkustanzi fejn l-Istat Membru li jeżegwixxi jkun applika fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu r-raġunijiet għall-għażla tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew stabbiti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(7)(b) tad-Deċiżjoni Qafas, kif tista’ l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi tevalwa l-eżistenza ta’ reat allegatament imwettaq fi Stat terz, filwaqt li ċ-ċirkustanzi tal-każ ta’ dak ir-reat juru atti preparatorji li twettqu fl-Istat emittenti?
(1) Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).
Full & Egal Universal Law Academy