30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2019 — ARMOSTAV MÍSTEK s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-520/19)
(2019/C 328/25)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Ostravě
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ARMOSTAV MÍSTEK s.r.o.
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Domandi preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali espressa li tipprevedi r-responsabbiltà in solidum għall-ħlas ta’ taxxa mhux imħallsa fil-kuntest ta’ katina frawdolenti tipprekludi lill-awtoritajiet fiskali milli jirrifjutaw id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud lid-debitur in solidum b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-frodi tal-VAT? F’dan il-każ, l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 20, l-Artikolu 52(1) u (6) u l-Artikolu 54 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu tali prassi?
Full & Egal Universal Law Academy