30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2019 — Société ECO TLC vs Ministre de la transition écologique et solidaire
(Kawża C-556/19)
(2019/C 328/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société ECO TLC
Konvenut: Ministre de la transition écologique et solidaire
Parti oħra: Fédération des entreprises du recyclage
Domanda preliminari
L-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema bħal dak deskritta fil-punti 9 sa 11, li biha korp ekoloġiku privat mingħajr għan ta’ qligħ, li għandu awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi, jiġbor, mingħand negozjanti ta’ kategorija partikolari ta’ prodotti li ffirmaw miegħu ftehim f’dan ir-rigward, kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala korrispettiv għas-servizz li jipprovdi f’isimhom għat-trattament tal-iskart li jirriżulta minn dawn il-prodotti u jagħti sussidji lill-operaturi responsabbli għall-klassifikazzjoni u l-irkupru ta’ dak l-iskart f’ammont stabbilit fl-awtorizzazzjoni fid-dawl tal-għanijiet ambjentali u soċjali, għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ dawn id-disposizzjonijiet?
Full & Egal Universal Law Academy