25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2019 – EU GmbH vs Eurowings GmbH
(Kawża C-648/19)
(2019/C 399/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Erding
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EU GmbH
Konvenuta: Eurowings GmbH
Domanda preliminari
Sabiex ikun hemm dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), huwa meħtieġ li l-passiġġier jieħu t-titjira anki jekk ikun ġie stabbilit, qabel it-titjira, li din se jkollha dewmien twil?
(1) Regolament (KE) Nr. 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy