25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/58
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Orkla Foods Danmark vs EUIPO (PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD)
(Kawża T-34/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 399/71)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Orkla Foods Danmark A/S (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Hansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u J. F. Crespo Carrillo, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 309/2018-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Orkla Foods Danmark A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 25.3.2019.
Full & Egal Universal Law Academy