2.12.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settebmru 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)
(Kawża T- T-67/19) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali DOKKIO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta żewġ linji dijagonali segwiti minn linja vertikali u ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 406/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: C. Casas Feu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dokkio, Inc. (San Mateo, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Kylhammar u L. Morin, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1187/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sixsigma Networks Mexico u Dokkio.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sixsigma Networks Mexico, SA de CV, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 25.3.2019
Full & Egal Universal Law Academy