2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — CJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-1/19) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Dokumenti, aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-internet, relatati ma’ kawżi magħluqa quddiem il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal anonimat ex post - Nuqqas min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tilqa’ t-talba - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni fil-mori tal-kawża - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 295/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano, u V. Hanley-Emilsson, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea astjeniet ruħha b’mod illegali milli tagħti, ex post, il-benefiċċju tal-anonimat lir-rikorrent, f’dak li jirrigwarda d-dokumenti, aċċessibbli għall-pubbliku, relatati ma’ kawżi magħluqa quddiem il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jew, sussidjarjament, milli tagħmel verżjonijiet bl-ismijiet mhux aċċessibbli għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix fuq l-internet.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 164, 13.5.2019.
Full & Egal Universal Law Academy