25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/66
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Drex Technologies vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-61/19) (1)
(“Rikors għad-danni - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)
(2019/C 399/82)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenuta: il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża saebix jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u l-atti eżekuttivi sussegwenti, kif ukoll wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019 L 132, p. 36), sa fejun dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Drex Technologies SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 139, 15.4.2019.
Full & Egal Universal Law Academy