13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019 — Comune di Milano vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-75/19) (1)
(“Rinunzja tal-ġurisdizzjoni”)
(2019/C 164/55)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Comune di Milano (rappreżentanti: F. Sciaudone, M. Condinanzi u A. Neri, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, I. Anagnostopoulou u A. Tamás, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropa (rappreżentanti: M. Bauer, F. Florindo Gijón u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2018/1718 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU 2018, L 291, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tiddikjara mingħajr effett deċiżjoni allegatament adottata mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2017.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti Ġenerali rrinunzjat mill-ġurisdizzjoni tal-Kawża T-75/19 sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Id-deċiżjoni dwar it-talba tal-Comune di Milano intiża sabiex tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors skont proċedura mħaffa hija rriżervata.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 112, 25.3.2019.
Full & Egal Universal Law Academy