17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/41
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2019 — Lantmännen u Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/19 R)
(“Miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Proċerdura ta’ tranżazzjoni - Aċċess għad-dokumenti - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 206/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lantmännen ek för (Stokkolma, l-Isvezja), Lantmännen Agroetanol AB (Norrköping, l-Iscezja) (rappreżentanti: S. Perván Lindeborg, A. Johansson, avukati, u R. Bachour, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández, G. Conte u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża sabiex tinkiseb sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 743 finali, tat-28 ta’ Jannar 2019, marbuta ma’ oġġezzjoni għall-iżvelar ta’ informazzjoni ipprovduta minn Lantmännen ek för u Lantmännen Agroetanol AB abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Ottubru 2011, marbuta mal-funzjoni u mal-mandat tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri ta’ kompetizzjoni (Każ AT.40054 — Parametri referenzjarji għall-etanol).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tal-14 ta’ Frar 2019, Lantmännen u Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni (T 79/19 R), huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy