24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/38
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2019 — Jap Energéticas u Medioambientales vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-145/19 R) (1)
(“Miżuri provviżorji - Ambjent - Strument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) - Proġett LIFE 11 ENV/ES/000593-H2AL RECYCLING - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 213/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jap Energéticas u Medioambientales, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: G. Alabau Zabal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Izquierdo Pérez, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni BUDG/DGA 1/C4/CB/3241812545, tal-14 ta’ Jannar 2019, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 82 750.96 flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy