29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2019 — Hebberecht vs SEAE
(Kawża T-171/19) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sospensjoni - Ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà manifesta”)
(2019/C 255/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Bicard, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE kkomunikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Settembru 2018 u li tiċħad l-ilment tagħha intiż kontra d-deċiżjoni tas-SEAE li tissospendi l-funzjonijiet tagħha u li żżomm ammonti mis-salarju mensili tagħha u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Chantal Hebberecht għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 172, 20.5.2019.
Full & Egal Universal Law Academy