30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/57
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2019 — 3V Sigma vs ECHA
(Kawża T-176/19 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Sustanza uvasorb HEB - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 328/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 3V Sigma SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Bryant, S. Hainsworth, solicitors, assistiti minn C. Krampitz, avukat, sussegwentement minn C. Bryant, S. Hainsworth u D. Anderson, solicitors)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment minn M. Heikkilä u W. Broere, sussegwentement minn W. Broere, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA A-004-2017 tal-15 ta’ Jannar 2019, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza kimika uvasorb HEB u, konsegwentement, għall-posponiment tat-terminu stabbilit għall-komunikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għat-tul tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għat-teħid ta’ kull miżura oħra jew kumplimentari li l-President tal-Qorti Ġenerali jqis meħtieġa jew xierqa.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy