25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/69
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Puma vs EUIPO (SOFTFOAM)
(Kawża T-182/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SOFTFOAM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 399/87)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2019 (Każ R 1399/2018-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SOFTFOAM bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 172, 20.5.2019.
Full & Egal Universal Law Academy