28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – Giorgio Armani vs EUIPO – Invicta Watch Company of America (GLYCINE)
(Kawża T-209/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 363/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: J. Rether u M. Kinkeldey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Invicta Watch Company of America, Inc. (Hollywood, Florida, l-Itati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 578/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani u Invicta Watch Company of America, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Giorgio Armani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 182, 27.5.2019.
Full & Egal Universal Law Academy