22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — AlpaSuri vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/19 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Importazzjoni ta’ alpaki - Talba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 246/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: AlpaSuri GbR Barbara Bruns & Wolfgang Stamp (Winsen, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Schrömbges, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u B. Hofstötter, agenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ alpaki fit-territorju tal-Unjoni Ewropea mill-Kanada.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy