30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/58
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/19 R)
(“Miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Talba għal miżuri provviżorji - Assenza ta’ neċessità li jiġu adottati l-miżuri provviżorji mitluba - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni - Inammissibbiltà”)
(2019/C 328/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Highgate Capital Management LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Struys u I. Van Damme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u K.- P. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda ċaħda ta’ lment dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija lil Eurobank Ergasias SA mill-bejgħ ta’ Piraeus Bank Bulgaria (SA.53105) u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ miżuri provviżorji oħra.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy