30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/58
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — CE vs Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-355/19 R)
(“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 328/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J.C. Cañoto Argüelles, M. Esparrago Arzadun u S. Bachotet, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, prinċipalment, tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ April 2019 li xxolji l-kuntratt tar-rikorrenti u, sussidjarjament, tal-ittra tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar il-kundizzjonijiet dwar il-perijodu ta’ notifika u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji dwar il-kundizzjonijiet tal-perijodu ta’ notifika.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy