30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/59
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2019 — Camerin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/19 R)
(“Miżuri provviżorji - Servizz Pubbliku - Talba għal miżuri Temporanji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 328/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laure Camerin (Bastia, Franza) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, T. S. Bohr u D. Milanowska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tas-17 ta’ April 2019, rigward l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru fuq il-pensjoni tar-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji li jiżgutaw li l-ammonti li jistgħu jinqabdu ma jeċċedux is-soma mensili korripodenti għall-salarju bażiku ta’ uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 1.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy