25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/40
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2019 – Thai World Import & Export vs EUIPO – Elvir (Yaco)
(Kawża T-3/19)
(2019/C 72/51)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Thai World Import & Export Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: S. Bénoliel-Claux, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elvir (Conde sur Vire, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Yaco – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 980 148
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 319/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.