25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/41
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2019 – Hankintatukku Arno Latvus vs EUIPO – Triaz Group (VIVANIA)
(Kawża T-4/19)
(2019/C 72/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hankintatukku Arno Latvus Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Triaz Group GmbH (Freiburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “VIVANA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 637 121
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 767/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 637 121 “VIVANIA”;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrent f’din il-proċedura.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;