4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/61
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Clatronic International vs EUIPO (PROFI CARE)
(Kawża T-5/19)
(2019/C 82/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clatronic International GmbH (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva PROFI CARE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 372 358
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 504/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy