25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/41
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-7/19)
(2019/C 72/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata C(2018) 6268 finali tat-28 ta’ Settembru 2018 dwar għajnuna mill-Istat SA.51981 (2018/FC);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi kkonstatat li l-garanziji tal-Istat mogħtija lil A/S Femern Landanlaeg ġew awtorizzati mid-Deċiżjoni tal-Konstruzzjoni u ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi kkonstatat li l-għajnuna fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital ta’ DKK 10 miljuni (’il fuq mill-500 miljun awtorizzat mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar) hija kkumpatibbli mas-suq intern.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi kkonstatat li s-self tal-Istat lil Femern A/S u A/S Femern Landanlaeg ġie awtorizzat fid-Deċiżjoni tal-Kostruzzjoni u li dak mogħti lil A/S Femern Landanlaeg ma jikkostitwixxix għajnuna, filwaqt li dak mogħti lil Femern A/S huwa kumpatibbli mas-suq intern.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi kkonstatat li s-self tal-Istat mogħti ’il fuq mill-baġit ta’ DKK 1 445 miljuni, ġie awtorizzat fid-Deċiżjoni tal-Ippjanar u li li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fil-liġi billi kkonstatat li l-vantaġġi tat-taxxa ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kissret l-obbligu tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kissret id-dmir tagħha li tagħti raġunijiet, kif jinsab fl-Artikolu 296 TFUE.
Full & Egal Universal Law Academy