25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/42
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2019 – Repsol vs EUIPO (INVENTEMOS EL FUTURO)
(Kawża T-8/19)
(2019/C 72/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. C. Erdozain López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INVENTEMOS EL FUTURO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 258 807
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1173/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy