25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/43
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2019 – ClientEarth vs BEI
(Kawża T-9/19)
(2019/C 72/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Flynn, QC u H. Leith, barrister)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-rifjut tal-BEI li jwettaq reviżjoni interna skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Aarhus (1);
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa fl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Aarhus, fir-rigward tal-istatus ta’ ClientEarth bħala organizzazzjoni mhux governattiva, tal-kunċett ta’ “att amministrattiv”, tad-definizzjoni ta’ miżuri ta’ portata individwali, tal-effetti ġuridiċi tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI, kif ukoll tal-limiti tad-“dritt tal-ambjent”.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-konvenut li jagħti raġunijiet adegwati hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE.
(1) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
Full & Egal Universal Law Academy