25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/45
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 – Nowhere vs EUIPO – Junguo Ye (APE TEES)
(Kawża T-12/19)
(2019/C 72/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nowhere Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Junguo Ye (Elche, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “APE TEES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 319 578
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 2474/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell u tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy