25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/45
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 – Activos e Inversiones Monterroso vs BUR
(Kawża T-16/19)
(2019/C 72/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Activos e Inversiones Monterroso, SL (Pantoja, Spanja) (rappreżentant: S. Rodríguez Bajón, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tieħu konjizzjoni tal-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fil-31 ta’ Ottubru 2018, fil-kuntest ta’ din il-proċedura [ARES (2017) 6199530], u, wara t-twettiq tal-formalitajiet legali neċessarji, tagħti sentenza li tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2018 u li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti, billi tagħti aċċess għad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl amministrattiv inkwistjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1).
—
F’dan ir-rigward hija tallega l-inapplikabbiltà fil-każ inkwistjoni tal-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Memru, tal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, tal-protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu, tal-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet jew tal-oppożizzjoni tal-persuna li minnha toriġina l-informazzjoni, bħala eċċezzjonijiet għall-iżvelar ta’ dokumenti.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.
Full & Egal Universal Law Academy