25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/46
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Brown vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/19)
(2019/C 72/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Colin M. Brown (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: I. Van Damme, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2018 tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali li r-rikorrent ma baqax intitolat għall-allowance ta’ espatrijazzjoni u għall-allowance ta’ vvjaġġar;
—
tordna li l-intitolament tar-rikorrent għall-allowance ta’ espatrijazzjoni u għall-allowance ta’ vvjaġġar jiġi stabbilit mill-ġdid b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2017;
—
tordna li l-allowances li ma tħallsux bejn l-1 ta’ Diċembru 2017 u d-data li fiha jiġi stabbilit mill-ġdid l-intitolament tar-rikorrent jitħallsu lir-rikorrent bl-interessi;
—
tannulla, jekk taċċetta l-eċċezzjoni ta’ illegalità, l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-konfront tar-rikorrent sakemm l-istituzzjonijiet jissostitwixxu din id-dispożizzjoni b’dispożizzjonijiet ta’ natura nondiskriminatorja;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal inkwantu l-Kummissjoni żbaljat billi interpretat din id-dispożizzjoni f’sens li d-dritt għal allowance ta’ espatrijazzjoni, miksub fuq il-bażi tal-post ta’ oriġini u ċ-ċentru ta’ interessi ta’ uffiċjal fi Stat Membru ieħor qabel ma ġie rreklutat, għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fil-każ li l-uffiċjal ikkonċernat jikseb sussegwentement in-nazzjonalità tal-Istat Membru fejn jibqa’ impjegat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2018 fil-konfront tar-rikorrent billi tissuġġetta l-intitolament tiegħu għal allowance ta’ esproprjazzjoni għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ interpretazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal konformement mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, anki fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali kellha tikkonstata li l-Kummissjoni ddeterminat korrettament l-intitolament tar-rikorrent għall-allowance ta’ espatrijazzjoni fuq il-bażi tal-imsemmija dispożizzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat, alternattivament, fil-każ li l-ewwel tliet motivi jiġu miċħuda, fuq l-illegalità u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li, u sa fejn, dan jipproduċi diskriminazzjoni mhux iġġustifikata fir-rigward ta’ persuni fis-sitwazzjoni tar-rikorrent, għar-raġunijiet imressqa insostenn tat-tieni motiv.