4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/61
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Fastweb vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-19/19)
(2019/C 82/74)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fastweb SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, L. Armati, A. Guarino u E. Cerchi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Awwissu 2018 li biha l-Kummissjoni Ewropea awtorizzat il-konċentrazzjoni fil-Każ M.9041 – HUTCHISON/WIND TRE skont l-Artikolu 6(1)(b), u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament: żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul fis-suq ta’ Mobile Network Operator (MNO) ġdid kien suffiċjenti sabiex jiġu riżolti l-effetti orizzontali tal-konċentrazzjoni, mingħajr ma ħadu inkunsiderazzjoni l-fatturi li ppermettew is-suċċess ta’ H3G.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul fis-suq ta’ MNO ġdid kien suffiċjenti sabiex jiġu riżolti l-effetti orizzontali tal-konċentrazzjoni, mingħajr ma ħadu inkunsiderazzoni l-fatturi li ppermettew is-suċċess ta’ H3G. Fil-Każ M.7758, il-Kummissjoni kienet diġà b’mod partikolari ma vverifikatx jekk l-MNO il-ġdid kellux għad-dispożizzjoni tiegħu (kemm fis-suq bl-imnut kif ukoll f’dak bl-ingrossa) kapaċità operattiva, kundizzjonijiet ekonomiċi u inċentivi tal-inqas ekwivalenti, flimkien, għal dawk li kienet tibbenefika minnhom H3G, li, matul l-ewwek snin, kient topera f’suq ta’ espansjoni sħiħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-effett prodott fuq id-dinamika kompetittiva mill-assimetrija tat-tariffa ta’ terminazzjoni li bbenefikat minnha H3G, li vvantaġġjata b’mod sinifikattiv fil-konfront tal-MNO l-oħrajn.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-pakkett tal-MNO.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-pakkett ta’ impenji. B’mod partikolari, il-paragun mal-kapaċitajiet ta’ frekwenzi ta’ H3G qabel il-fużjoni jqajjem dubji serji fir-rigward tan-natura suffiċjenti tal-allokazzjoni prevista. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq avvenimenti futuri u inċerti, bħall-parteċipazzjoni ta’ MNO ġdid fis-sejħiet għal offerti futuri, mingħajr madankollu ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ispejjeż għoljin marbuta mat-tiġdid imminenti u mar-rikonfigurazzjoni (“refarming”) tal-frekwenzi ttrasferiti. Il-Kummissjoni aċċettat it-trasferiment ta’ numru mhux adegwat ta’ siti billi bbażat ruħha fuq ftehimiet inċerti ma’ tower companies. Fl-aħħar, il-ftehim tranżitorju konkluż mal-partijiet notifikanti, li l-kontenut tagħhom huwa bbażat fuq il-kapaċità, kien inaqqas ferm l-inċentiv favur l-investiment.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni, safejn il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tal-konċentrazzjoni u tal-impenji fuq il-premessa żbaljata li l-prezz kienu l-uniku fattur kompetittiv importanti, u b’hekk warrbet il-kwalità u l-inkorporazzjoni.
—
Ir-rikorrenti tenfasizza n-nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tal-konċentrazzjoni u tal-impenji fuq il-premessa żbaljata li l-prezz kien l-uniku fattur kompetittiv importanti fis-suq rilevanti. Il-Kummissjoni warrbet il-fatt li l-kwalità u l-kopertura tan-netwerk għandhom importanza ekwivalenti, u ma kellhiex tillimita ruħha għal analiżi tal-utenti li jaqħgu fil-kategorija ta’ dawk li jonfqu l-inqas. Barra minn hekk, hija injorat ukoll l-importanza futura tal-inkorporazzjoni, li hija determinanti għal operatur ġdid, li għandu bżonn ta’ levi addizzjonali meta mqabbel ma’ operatur stabbilit (bħal H3G). L-għażla ta’ akkwirent sabiex jaffaċċja id-domanda konverġenti kienet tiggarantixxi effikaċja ikbar u sostenibbiltà tal-impenji.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni, safejn il-Kummissjoni naqset milli tqis li l-konċentrazzjoni kellha għan antikompetittiv.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva li għalkemm, minn naħa, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-“market repair” kien jikkostitwixxi, għall-partijiet, il-finalità ta-konċentrazzjoni, hija, min-naħa l-oħra, ma wettqet l-ebda analiżi tal-koordinazzjoni antikompetittiva implementata mill-partijiet permezz tal-konċentrazzjoni. B’hekk, id-deċiżjoni l-ġdida hija vvizzjata b’dan in-nuqqas gravi ta’ investigazzjoni.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-imnut, u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni fir-rigward b’mod partikolari tal-kompatibbiltà tal-kuntratti ta’ roaming/MOCN nazzjonali mal-Artikolu 101 TFUE.
—
Ir-rikorrenti tilmenta fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-imnut. Fil-fatt, sabiex ikun jista’ jaġixxi b’mod kompetittiv u “jkisser” il-bilanċ ta’ kollużjoni, en effet, l-operatur il-ġdid kellu jkun jista’ jaġixxi indipendentement minn NMO oħrajn. Madankollu, il-formula magħżula minn qabel għall-finijiet tal-provvista tar-riżorsi (ftehim ta’ roaming u MOCN nazzjonali) toħloq dipendenza bill-qrib bejn l-MNO il-ġdid u l-impriża komuni fuq bażi twila ta’ żmien, kif juru r-riżultati ta’ tal-aħħar bejgħ b’subbasta għall-għoti ta’ frekwenzi fl-Italja u, b’mod iktar ġenerali, il-linji politiċi kummerċjali tal-NMO kollha. Barra minn hehkk, id-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ investigazzjoni li tikkonċerna l-kompatibbiltà tal-kuntratti ta’ roaming /MOCN nazzjonali mal-Artikolu 101 TFUE.
6.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-ingrossa tal-aċċess u tat-tluq ta’ telfonata fuq in-netwerk tat-telefonija.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet zball billi bniet mill-ġdid ix-xenarju kontrofattwali u billi qiest li Iliad kienet inkoraġġuta li toffri tali servizzi minkejja l-assenza ta’ miżuri f’dan is-sens u l-esperjenza ta’ dan l-operatur fi Franza. Għall-kuntrarju, l-impenji jħajjru lill-MNO il-ġdid li jaggredixxi u jikseb preċiżament il-klijeti tal-mobile virtual network operators (MVNOs).
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-regolament, żball tal-evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-regolament (żball ta’ evalwazzjoni) u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (nuqqas ta’ investigazzjoni), safejn il-Kummissjoni aċċettat lil Iliad bħala akkwirenti adegwat mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni r-riskji għall-effikaċja tal-impenji li joħloq id-dħul ta’ operatur bil-karatteristiċi tagħha, u safejn hija ma pprovdiets il-garanziji adegwati fl-impenji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità/kopertura tan-netwerk.
8.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni assolutament ma analizzatx il-finalità tal-konċentrazzjoni l-ġdida.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva li l-Kummissjoni kienet diġà indikat hija stess, fid-deċiżjoni tal-2016, li l-finalità tal-operazzjoni kienet il-“market repair”, mingħajr ma analizzat madankollu l-implikazzjonijiet. Fid-deċiżjoni l-ġdida, il-Kummissjoni, għal darb’oħra, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni din iċ-ċirkustanza essenzjali u ma wettqet l-ebda analiżi tal-għanijiet tat-tranżazzjoni l-ġdida, inkluż fir-rigward tat-twettiq tal-finalità tal-operazzjoni inizjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa – b’kontradizzjoni mal-prassi tagħha u mal-ġurisprudenza – l-effetti li jirriżultaw direttament mit-tneħħija tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq marbut mas-setgħa ta’ kodeċiżjoni ta’ VEON.
9.
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni billi ddeċidiet li ma kinex neċessarju li jiġu adattati l-impenji fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni effettivament qieset li ma kien hemm l-ebda evoluzzjoni sinifikattiva fis-suq rilevanti meta mqabbel mal-mument li fih ġiet adottata d-deċiżjoni fl-2016 fil-Każ M.7758, mingħajr madankollu ma tipprovdi ebda motivazzjoni adegwata.
Full & Egal Universal Law Academy