11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/72
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2019 – Limango vs EUIPO – Consolidated Artists (limango)
(Kawża T-23/19)
(2019/C 93/93)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Limango GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hauss-Löhde, u M. Mette, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consolidated Artists BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “limango” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 943 096
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2018 fil-każijiet relatati R 1844/2017-1 u R 2093/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy