11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/73
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – INC u Consorzio Stabile Sis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/19)
(2019/C 93/94)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: INC SpA (Turin, l-Italja) u Consorzio Stabile Sis SCpA (Turin) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis u G. Tzifa, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2435 finali tas-27 ta’ April 2018 fil-Kawżi SA. 49335 (2017/N) u SA.49336 (2017/N); (1)
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motivi wieħed għal kull waħda miż-żewġ ċirkustanzi allegati ta’ għajnuna mill-Istat.
1.
Motiv fir-rigward tal-Każ SA.49336 (2017/N), li jallega li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tiftah il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikoli 4(4) u 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (2), minkejja l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji misjuba matul l-eżami proċedurali preliminari fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat individwali nnotifikata fir-rigward ta’ operatur tal-awtostrada bit-toll Taljan (Autostrade per l’Italia SpA) fi ħdan is-suq intern. Ir-rikorrenti jallegaw li b’hekk il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589.
1.
Motiv fir-rigward tal-Każ SA.49335 (2017/N), li jallega li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tiftah il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikoli 4(4) u 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589, minkejja l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji misjuba matul l-eżami proċedurali preliminari fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat individwali nnotifikata fir-rigward tat-tieni operatur tal-awtostrada bit-toll Taljan (Società Iniziative Autostradali e Servizi Spa) fi ħdan is-suq intern. Ir-rikorrenti jallegaw li b’hekk il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589.
(1) ĠU 2018 C 379, p. 3.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
Full & Egal Universal Law Academy