18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/49
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – AD vs ECHA
(Kawża T-25/19)
(2019/C 103/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AD (rappreżentanti: L Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-28 ta’ Marzu 2018 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti mal-ECHA;
—
tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fid-9 ta’ Marzu 2018 mill-ECHA għall-pożizzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt FG II, sa fejn dan l-avviż jirrigwarda kompiti identiċi għal dawk li r-rikorrenti kienet qiegħda twettaq skont il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt;
—
jekk hemm bżonn, tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-1 ta’ Ottubru 2018, innotifikata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Ottubru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid;
—
tikkundanna l-kumpens tad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Istruzzjonijiet tax-Xogħol stabbiliti mill-ECHA fir-rigward tal-proċess ta’ tiġdid jew ta’ nuqqas ta’ tiġdid relatat mal-kuntratti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat fatt li r-raġunijiet iddikjarati mill-ECHA sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol huma manifestament żbaljati u juru użu ħażin ta’ poter.
Full & Egal Universal Law Academy