25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/47
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Pilatus Bank u Pilatus Holding vs BĊE
(Kawża T-27/19)
(2019/C 72/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pilatus Bank (Ta’ Xbiex, Malta) u Pilatus Holding ltd. (Ta’ Xbiex) (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Pilatus Bank, tat-2 ta’ Novembru 2018 u mibgħuta lil Pilatus Bank plc fil-5 ta’ Novembru 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma assumiex ir-responsabbiltajiet imposti fuqu bis-saħħa tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament MSU (1).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE qies b’mod żbaljat li l-irtirar tal-liċenzja kienet legalment fondata.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma ħax inkunsiderazzjoni b’mod xieraq in-natura diskrezzjonali tad-deċiżjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma evalwax il-punti ta’ fatt rilevanti u naqas milli jagħmel dan b’imparzjalità u b’oġġettività.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE wettaq żball ta’ liġi fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar il-preżunzjoni ta’ innoċenza.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u aġixxa b’mod diskriminatorju.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser l-Artikolu 19 u l-premessa 75 tar-Regolament MSU u wettaq użu ħażin ta’ poter.
10.
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt għal smigħ tagħhom.
11.
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE naqas milli jipprovdi deċiżjoni motivata b’mod adegwat.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
Full & Egal Universal Law Academy