4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/67
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO — Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)
(Kawża T-28/19)
(2019/C 82/78)
Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Karlovarské minerální vody a.s. (Karlovy Vary, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Mrázek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aguas de San Martín de Veri, SA (Bisaurri, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea VERITEA – Applikazzjoni Nru 15 592 876
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 499/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni tal-oppożitur;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy