11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/73
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Idea Groupe vs EUIPO – The Logistical Approach (Idealogistic Verhoeven Greatest care in getting it there)
(Kawża T-29/19)
(2019/C 93/95)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza) (rappreżentant: P. Langlais, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Idealogistic Verhoeven Greatest care in getting it there, bil-kuluri iswed u abjad u tipi ta’ blu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 567 184
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2064/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
—
tikkundanna lill-kumpannija The Logistical Approach B.V għall-ispejjeż sostnuti għall-intervent tagħha jekk din tintervjeni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy