18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/50
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – AF vs FRA
(Kawża T-31/19)
(2019/C 103/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ membri tal-persunal temporanju eliġibbli proposti għall-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2017, li fiha ma huwiex inkluż isem ir-rikorrent;
—
jekk ikun meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-FRA li r-rikorrent irċieva fil-5 ta’ Ottubru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-FRA;
—
tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Kondizzjonijiet tal-impjieg) kif ukoll tal-Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-FRA Nru 2016/01 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy