25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/41
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2019 – Orkla Foods Danmark vs EUIPO (PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD)
(Kawża T-34/19)
(2019/C 112/50)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Orkla Foods Danmark (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Hansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 930 241
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 309/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy